Malta Jazz Festival - Tmiem (2)
1. Ok. Issa ha nqazzizha. Imma ssaportuni daqsxejn ohra, jew ibqghu mexjin. Imma dan is-suggett ghal qalbi wisq. Iktar dettalji minn wara l-kwinti dwar is-sabutagg li sar fuq il-Malta jazz festival f'kumment anonimu li thalla fuq il-blog tad-d. M'ghandix hafna xi nghid. It-twegiba tad-D kienet bizzejjed. L-N'n'G, insomma, fil-missjoni taghhom biex jehilsu l-jazz festival mill-jasar tat-telf finanzjarju, u biex jibdluh f'Montreux Jazz Festival fil-Mediterran, irnexxielhom jeqirdu l-unika wirja annwali ta' muzika jazz. The Wailers, Alan Parson's Project, Blues Brothers..... IVA, nies ha jkollkom iktar zgur, imma nerga ninsisti - tibqghux isemmugh Jazz festival.

1 Comments:
Jien ftit li xejn naf dwar il-jazz u m'iniex wieħed li nħobb immur il-kunċerti ta' spiss, imma xtaqt nerġa' nesprimi s-solidarjetà tiegħi magħkom u ma' kull min għandu għal qalbu festivali mużikali fejn l-iskop ewlieni huwa l-apprezzament ta' l-ispettaklu nnifsu pjuttost milli l-aġendi finanzjari ta' l-interessati.
Naf li hi klixè u li mhijiex konsolazzjoni iżda għalija dal-pajjiż qed isir dejjem aktar sofokanti u għandi seba' mitt sena biex nitlaq u nerġa' lura għall-ftuħ (fiżiku, mentali u kulturali) tal-kontinent. Dawn huma affarijiet li jiġru kullimkien, imma meta tarahom proprjament hawnhekk, wieħed ma jiskantax...
Saħħiet
Post a Comment
<< Home