Daqsxej' kultura, isa....
1. Kont ħlift li naġġornah regularment dal-blog. Imma hemm aħna, daqsxejn xogħol iktar mis-soltu u l-blogg spiċċa sporadiku daqs id-djalogu ġewwa film ta' Antonioni. U qed insemmi 'l dan għax il-bieraħ bqajt imqajjem sat-tlieta w nofs ta' filgħodu biex nara L'Eclisse. Kont ili ma nara film ta' Antonioni u kont qed nibża' li ħa jdejjaqni, għax inqtajt daqsxejn mill-Antonionis, Bergmans u Tarkovskis ta' żmien il-film club meta kont l-universita'. Spiċċa għoġobni ħafna. M'għandix aptit ninfexx f'xi riċensjoni reminixxenti ta' Salvu Catania, mhux stil tiegħi. Imma qisni niddentifika ruħi ma' dan iċ-ċinema, u għalkemm glaċjali u pessimist nara ħafna umaniżmu fih. U Monica Vitti mara ta' l-ustja.

2. Din l-aħħar ġimgħa kont okkupat mal-kwartett ta' Nico Gori, proġett li huwa għal qalbi ħafna. Hawn taħt hawn xi siltiet minn recording li għamilna t-tnejn li għadda, wara tliet kunċerti li veru ħassejna li morna tajjeb.
1. 1903
2. Goose
Iktar recordings ma' gruppi differenti fil-jiem li ġejjin.
Iktar siltiet fil-bloggijiet li jmiss.

5 Comments:
...hawn, u hallik milli ddoqq l-istrument... meta gej BXL ha nifthu resto flimkien (jekk l-ghajdud li int kok prim huma veri)? :p
(biex niftah xi haga Parigi rrid niehu loan 'indirett' minn dawk li jithallsu biss 12-il generazzjoni wara kieku b'li tiswa l-propjeta hemm).
Il-ustja... il "word verification" hi 'iktbux'(http://www.blogger.com/captcha?postID=113884266096008762)
- strange but true!! - donnu qed jghidilna xi haga l-blogger...
Monica Vitti mhux biss mara ta' l-ustja... SHE IS MINE!
Iva gybex, ara toghgbokx l-ideja - nifthu post stil is-Serkin jew il-Lollie tal-Furjana bla dekor ta' xejn, dawl neon jinten, ritratt kbir ta San Pawl(tar-Rabat ovvjament)u Eileen Montesin, hdejn il-counter koppji tal- 'GWIDA' u 'IL-PASSA', - hobz biz-zejt, tumpana, pastizzi, sausage rolls, pizza, sfineg, fenek moqli u hnizrijiet ohra simili u.... fil-kantina tal-post nifthu club fejn nipprogrammaw kuncerti ta' muzika pseudo-avant-gardista pretenzjuza cerebrali arty-farty kemm jista' jkun, preferibilment bi pseudo-muzicisti-bohemi-borgizi eziljati minn New York li jilbsu hafna Jean Paul Gaultier u nuccalijiet Alain Mikli .... u ZGUR naghmlu success.
Nistghu nsemmuh 'Le Maltais Décalé' jew xi atrocita' ohra....
m'hemmx ghalfejn issemih hekk - hemm katalogu shih ta' ismijiet bil-"franciz" li tista' tazghel jekk tinzel wahda l-korsa tal-mara u tnizzel l-ismijiet taz-zwiemel..
(ps - hawn man... int qed titnejjek imma jien mhux qed nitnejjek sa barra ta dwar il-bistro/resto. jekk hemm mnejn tahdem din il-bicca xoghol nahsiba bis-serjeta kieku. hekk jew hekk il-kuntratt jiskadili f'Awwissu u rrid insib x'ser naqbad naghmel qabel dak iz-zmien. diga "ddisinjajt" l-uniformijiet: t-shirts suwed ta' Fracchia, L'Esorciccio, etc. diga qed nara l-insinja:
Inedit du Tachen - cuisine francobelgosiculomaltais
(jghogbok l-isem? le mhux min ktieb li ghadu ma giex ippubblikat tat-Taschen imma ziemel Malti: http://www.maltasport.com/Horse_Racing/horse_dec16.html )
(ha jferrah il-"bookies" b'isem bhal dak)
Aw Sandro, taf kemm ibuzzjat meta rajtu dan l-ahbar.
http://www.timesofmalta.com/core/article.php?id=213604
Ha ha ha, hadnielu iz-zobb ta festival li kellu, dak il-liba. Viva in-nazzjonalisti insomma!!!
Post a Comment
<< Home