Friday, January 06, 2006

Is-sena t-tajba



Kif intemmet is-sena?
Diċembru : xi punti ewlenin (ewlenin fit-trivjalita' tagħhom ukoll) -

1. Wara majjalata ostri-kaprina (gajdriet u ġobon tal-gidi) mal-gybex u Anita, li ġew iħufu fl-ilmijiet ta' Belleville, u li tant ħadna pjaċir bihom, irħejtilha lejn l-iskoll (maċ-ċetaċeju) fejn għaddejt ġimagħtejn mill-isbaħ fil-kenn ta' dar fl-għoljiet tal-mellieħa.

2. Għand is-Serkin, aka Crystal Palace, Rabat, Malta wara mixja bla bidu sens u tmiem, taħt sema ċlampu u toqol ta' arja kważi tropikali. HI quddiem té ponta zokkor ħalib tal-bott, jien quddiem kinnie sħun u erba' piżelli, u flimkien nagħmlu l-crossword ta' l-Orizzont.

3. Għawdex. Nintilfu fil-wied ta' San Blas. Qalb ħafna tajn u żlieq ninduna kemm Pariġi ħxietli r-relazzjoni tiegħi man-natura, u kemm inbati meta taħt sieqi ma jkunx hemm bankina jew tarmac.

4. Festin il-mellieħa b'tema 'vaga' ta' staff party/ikla tax-xogħol, fejn it-tema tant kienet vaga li seħibna ċ-ċetaċeju u d-dulċi meta tiegħu BISS ġew lebsin (evidenza fotografika ta' dan l-avveniment iktar tard fuq dan il-blog). Id-d kien liebes qishu teacher tal-history fil-bidu tas-snin tmenin. Il-mużika Earth, Wind and Fire, Curtis Mayfield u Sly u ħammallaġnijiet oħra simili. Xi pjaċir.

5. Foie gras kilt kemm trid hawnhekk ġewwa Franza, imma l-ewwel darba li kilt wiżżu (wiżż? ikkoreġuni ja tradutturi) kellha tkun Malta, speċifikament il-Mellieħa. Pjuttost xaħmi l-wiżż.

6. Ftira m'għand is-Sufu (Mellieħa erġajna) - bl-obligatorju té tnejn zokkor ħalib tal-bott u waħda mill-isbaħ veduti f'Malta.

7. L-isbaħ reżoluzzjoni li qatt għamilt fl-ewwel tas-sena (u HI ħajritni) - LI DAQSHEKK IĊĊELEBRAJT L-EWWEL TAS-SENA.

6 Comments:

Blogger gybexi said...

wizz? wizz?!! dak fejn il-ostja kiltu?! irrid l-indirizz jekk minghand resto. :)

Jien bejn Frar u Marzu ser tkun il-'vista' tieghi lejn Malta... ommi qaltli b'resto tajjeb Franco-Malti r-Rabat (is-sid minn nahat tieghi ukoll minn Nord-Pas-du-Calais) li qed jesperimenta bl-ikel Malti... ghandu gelat ta' l-irkotta tajjeb hafna apparentament - taf bih?

10:23 AM  
Blogger nigredo said...

forsi il-grotto tavern, gybex?...

il-kok certu didier, bniedem mignun li meta jkun burdata tajba jaghmillek mima tal-menu kollu... meta jkun burdata ahjar igaghlek tordna dak li jghid hu...

imma ikel tajjeb hafna jekk jirnexxilek tnehhi minn mohhok il-kuluri atroci ta' certi qliezet li jilbes...

ha mmur inkompli ninhasel...

1:31 PM  
Blogger Sandro Zerafa said...

Il-wizz kien purament każaling gybex. Imħawwar b'imħabba melliħijja. Jien nerġa nkun Malta bejn is-7 u s-16 ta' Frar jekk tkun/u hemm. Infurmawni. Bħalissa s-sagħtejn ta' filgħodu u għadni kif ġej minn serata ta' ġobon kaprin courtesy of Mr.Georgelet. Mmmmmmmmm.......

2:10 AM  
Blogger Mark Vella said...

Wizza wahda, hafna wizz. Evitaw lill-mara tal-kok jekk tidejqu bil-paroli ala Karmenu ta' Grabiel u sid il-post kwazi jpoggi jiekol mieghek.

7:24 PM  
Blogger Coemgen said...

Jekk ghandkom f'mohhkom xi fenkata minn dawk ta tisjir ta vera w ammonti t'ikel sakemm ma tkunx tiflah tqum biex timxi sal-pjazza ghal-drink, San Remo Bar....hekk kif tkun sejjer lejn il-pjazza tar-Rotunda minn naha ta Ta Qali.

Gratli lili!

4:35 PM  
Blogger Erezija said...

aw! m'għadnix niekol it-tumpana!

10:56 AM  

Post a Comment

<< Home