Jaaaaqqqq.....

1. Le, m'iniex narċissist. Imma dan ir-ritratt għal qalbi. Poża aristokratika ta' markiż dekadenti arroganti wara lejla epikurjana mħanżra. Imma fuq kollox, b'dan ir-ritratt nixtieq nesprimi d-diżgust tiegħi ghax-xahar ta' Novembru. L-iktar xahar uneventful tas-sena. Għax wara li HIJA parpret 'l hemm lura fuq l-iskoll, wara dik il-ġimgħa ewforika, ħajti waqgħet f'monotonija tal-waħx. Tliet ġimgħat ta' għaks spiritwali fejn il-ġurnata kienet qed tkun interessanti daqs instuction manual ta' microwave oven.
2.Ix-xogħol dejjem jonqos f'Novembru. F'Novembru l-attivita' mużikali kienet limitata għall-gig kull nhar ta' Ħadd, lejn il-Canal St.Martin, ftit 'l bogħod minn Republique. Post ħelu fejn is-sidien huma anke' orrajt. Jekk tkunu ġejjin 'l hawn għiduli....Il-Ħadd li ġej hemmhekk, ħa nżanżan repertorju ġdid ma' kwintett ġdid (tenor sax, alto sax, kitarra, kuntrabaxx u drums). Dan il-grupp veru għall-qalbi, u issa li Novembru spiċċa, qisni inqlajt mill-letarġija apatetika li kienet ħakmitni u erġajt bdejt nikkomponi. U erġajt bdejt noħroġ....
3.Il-bieraħ wara rehearsal veru rnexxut kelli ħafna enerġija u ddeċidejt li m'iniex ħa nqatta' sibt ieħor ġewwa, nara Fawlty Towers, jew naħxi moħħi quddiem Thierry Ardisson, jew nħares lejn ir-ritratti TAGĦHA b'għajnejn nostalġiċi, jew noqgħod niġġieled mal-ħafna mistoqsijiet eżistenzzjali li jippersegwitaw il-mużiċist tal-jazz frustrat.......U ħriġt.
U wara sensiela Zubrowka qalila, whisky proletarju, inbid dubjuż, eau-de-vie tar-raspberries u birra, spiċċajt ġo disco fit-truf ta' l-Yvelines, fis-subborgi tal-punent Pariġin, b'tazza kbira gin and tonic, niżfen għall-mużika ta' ...... iva, nistħi ngħidha, ta' dawn t'hawn taħt...

Insomma kienet serata bad taste ta' livelli Buġibbeski. Imma jkollok bżonnha xi kultant. Speċi ta' katarżi wara ħafna serjeta' żejda li ġġib magħha l-arti u l-hekk msejħa kultura għolja li mdawrin bihom hawnhekk.
4. Biex inkomplu fuq nota daqsxejn ħamalla, l-għażla mużikali għall-llejla - ORLANDIVO ma' Joao Donato - funk brażiljan taż-żlieq, li matul il-griż Novembru żammli kumpanija.

5 Comments:
Kemm tahseb li fadallek iddum biex tintebah li diga ghaddiet kwazi gimgha shiha minn Dicembru? Jew l-iskop ta' din il-bloggata kien propju biex tehles mill-ihirsa ta' Novembru?
Kif kollha Joao jisimhom? :)
veru. mix and match dawn ta' hawn taht u jkollok isem ta' kantawtur braziljan fai da te...
ISMIJIET:
Joao, Anderson, Marshall, Diogo, Hermeto.
KUNJOMIJIET:
Pereira, da Souza Vilhena, Fonseca-Josefsson, da Moura Cerdeira.
Marshall minn fejn il-ustja gibtu bex?
Jigifieri tispelliha marxaaawww?
Kbira biex isemmi t-tifel tieghek ghall-guitar amp.
..mid-dokumentarju ta' Mika Kaurismaki (Moro do Brazil)
u kif jghidu fil-metro ta' Liiiixxboaaa
"prosim'cssao:
marquexxxx d'pombawwwww"
Post a Comment
<< Home