Saturday, October 15, 2005

Lura

Lura fuq l-eteru, wara perjodu ta' assenza sostanzjali minħabba ħafna avvenimenti li żammewni 'l bogħod mit-tastiera tal-powerbook, li għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat sewa biss biex iniżżel ġojelli bħal L'allenatore nel pallone u Fantozzi alla riscossa. Kienu tliet ġimgħat intensi li kienu jinvolvu nuqqas kbir ta' rqad, choucroutes voraċi fis-sagħtejn u nofs ta' filgħodu, hanne (canne bit-Toskan ta' ħabibi Nico) fuq il-bankini ta' St.Germain des Pres, kebabs qattiela fiż-żernieq Pariġin, xi sakra tinten f'xi belt mitlufa fit-Tramuntana ta' Franza, u fuq kollox, kunċerti memorabbli (għallinqas, għalija) u jien pjuttost kburi bil-mużika li pproduċejna.
Kien hemm ukoll għeluq snini. Tletin sena. It-tnejn li għadda.
Wittejt it-triq għal miġja ta' dan in-numru kattiv b'sensiela ta' kriżijiet li għal tliet xhur kienu keddewni ħafna, imma issa qishom jinstabu wara dari. Insomma, iċċelebrajt dan il-jum fil-qiegħ tal-foresta Bellevilloise, ġo bar denju tal-fo-bo (grazzi Gybexi) epikurjan li jien, mal-ħbieb, hanne, pinet u pjaċir.
U qalb dan it-taqlib li ġġib magħha il-ħajja tal-fo bo, bobo jew psewdo-bohemian, għidulu li trid, xorta jkolli nitfaċċa fuq l-għatba tal-konservatorju ta' Pontault Combault b'wiċċ seren, nadif, serju lest biex insolvi l-problemi tal-kitarrist adoloxxenti tas-subborg Pariġin - (xi riff tal-Korn, xi solo ta' Satriani).
U issa qisni lest biex immur inħuf fil-bloggosfera Maltija biex nara x'ġara u fejn wasalna u nara kif jinstabu sħabi...

PS Xi ħbieb mużiċisti minn Bari għalmuni ninsulta bid-dijalett tagħhom - waħda mill-favoriti hija Kittemurt e stramalamurt nderre.
Hemm oħrajn.

6 Comments:

Blogger gybexi said...

welkammbekk

4:38 PM  
Blogger Antoine Cassar said...

Nissekonda l-(e)mozzjoni... merhba lura Sandro!

9:05 PM  
Blogger Arcibald said...

kemm hi tajba TNTVillage hux? ;)

2:03 AM  
Blogger Sandro Zerafa said...

Xi hlew. Niehu pjacir li hawn nies jaqraw il-blogg tieghi.

3:17 AM  
Blogger gybexi said...

dan il-blogg ser taggornah jew? piff kemm ghandek ghanqbut u riha ta' moffa hawn...

(eh - u meta ser tohodni "nara l-gobon" ta' siehbek il-produttur? mhux ghalissa imma ghax ghandi gastroenterite [just in case jinteressak tkun taf])

5:18 PM  
Blogger Sandro Zerafa said...

Ghandek ragun ghandek ragun. Imma hafna affarijiet regghu zammewni l boghod mit-tastiera. Affarijiet sbieh. U xoghol. U affarijiet sbieh. U xoghol. Daqt maghkom daqt maghkom. Aghtuni 4 ijiem ohra....Gej gej..

11:30 PM  

Post a Comment

<< Home