Sunday, September 11, 2005

......

Ir-relazzjoni li għandi mat-televixin hija pjuttost inkonstintenti. Nobogħdu, imma fl-stess ħin ġieli tgħaddi tiegħu, jirnexxielu jaħkimni, jsammarni mas-sufan, jillobotomizzani, u jitmagħni xi purkerija.... li nammetti, ġieli tinżilli għasel f'dawk il-mumenti meta l-għejja jew stati ta' letarġija avvanzata iwassluni biex nissuspetta li kull ma fadalli f'moħħi huma żewġ neurons patetiċi li meta aċċidentalment iħokku ma' xulxin inqum minn fuq is-sufan sabiex infittex birra mil-fridge...
U l-bieraħ kienet ġurnata minn dawk. Meta suppost li kont qed niffanga fid-debaucheries li joffru l-iljieli pariġini liċ-ċelibat imġewwah, spiċċajt fid-demeure tiegħi fit-truf tad-19 il-distrett nara Tout le monde en parle, forsi l-unika show fuq it-televixin Franċiż li nissaporti.

U nzerta li kien hemm Michel Houellebecq mistieden.
Il-kittieb provocateur, li rari jaċċetta li jagħmel intervisti. Jien kull ma qrajt minn tiegħu huwa Les Particules Elementaires. (Kien ikkaptivani dan il-ktieb għalkemm m'iniex akkolit tal-viżjoni pessimista u diżilluża li jipproponi fih l-awtur). Mela dan Michel Houellebecq veru jidher tifel sew. Li kieku kelli niltaqa' miegħu ġo xi bar żgur kont nixtrilu pinta. Jidher pjuttost sinċier, down to earth , b'daħka daqsxejn ċinika imma li tinspira fiduċja, u pjuttost maqtugħ mill-image u l-persona li l-media ħolqot madwaru.

Kont sorpriż ħafna. Kont qed nistenna xi ħadd veru glaċjali, u forsi xi daqsxejn arroganti. Il-kittieb diżilluż li jiddisprezza l-umanita' u li jirriduċi l-bniedem ġo sempliċi mammiferu, li jgħid li l-imħabba llum m'għadiex teżisti, nhar is-Sibt filgħaxija fuq France 2 dehrli bniedem pjuttost warm .... orrajt.
Jiena qatt ma nista' niddentifika ruħi ma' Houellebecq. Nemmen u għandi fiduċja ħafna fil-bniedem u fl-umanita'. U nħobbhom in-nies. U nemmen fl-imħabba wkoll. Minn dejjem kelli problema maċ-ċiniżmu żejjed u fil-litteratura dejjem infittex l-umaniżmu u li niddentifika ruħi b'xi mod mal-personaġġi jew il-ħsibijiet ta' l-awtur. Houellebecq nsibu cold ħafna. Ironikament, wieħed mil-awturi li nammira, Will Self, huwa cold ukoll. Imma għallinqas għandu sense of humour brillanti u niddubita jekk il-coldness kollha tiegħu hijiex tongue in cheek. (Bilħaqq, għadni kif qrajt Dr.Mukti and other tales of Woe, l-aħħar ktieb ta' Will Self, u pjuttost idiżżapuntani wara l-kbir Dorian). Xorta jibqa' l-fatt li l-idejat u l-litteratura ta' Houellebecq huma nteressanti u forsi, ha, niddejjaq nghida, intelletwalment stimulanti u probabbli ħa nispiċċa nixtrieh, Possibilité d'une Île.

(20 siegħa wara...)
U qed nipprova nfittex fejn irrid nasal b'dan il-kliem... Każ ieħor ta' navel-gazing cum masturbazzjoni intelletwali ta' nhar il-Ħadd filgħaxija? Tentattiv li naħrab it-trivjalita' tal-bloggs preċedenti? Self-consciousness fil-blogg mhux sinjal tajjeb...
Daqshekk introspezzjoni...daqshekk prise de tete....
Id-darba li jmiss naghtikom riċetta tal-canard au poivre vert..... b'ġieħ il-lightness of being.

4 Comments:

Blogger gybexi said...

navel-gazing nghidlu dak... u min ma jghogbux jista' jbiddel l-istazzjon... :P

6:25 PM  
Blogger david said...

Sandro - MH ghandu sense of humour feroci, jifqaghni bid-dahk (bejn idea distruttiva u ohra apokalittika, s'intendi). Il-karattru principali f'La Possibilite, Daniel 1 (li huwa l-forma originali tal-clones Daniel 24 etc etc) huwa 'stand-up comedian' u x-xena brillanti ta' kif dahhalha f'rasu li jsir kummidjant hija impekkabli.

Hallik mit-tele u l-France 2 u ohrog ixtrih!

6:51 PM  
Blogger L-Aghma said...

Sand, M'ilux skoprejtek f'hanut ta' habib tieghi, San Pawl il-bahar... Issa li nista naqra dil-kitba, kuntent aktar u aktar.

Naghli li dakinhar ma kellimtekx!

Forsi jigina cans fil-gejjieni.

4:36 PM  
Anonymous Anonymous said...

For the survival sake of those 2 pathetic neurons i suggest you continue watching tv once a week. Occasionally, if you like, we can send over episodes of tista tkun int.

1:20 PM  

Post a Comment

<< Home