Is-subborgi u l-effett soporifiku tagħhom
1. Is-Sibt li għadda kont qed indoqq ġewwa Mantes-la-Jolie, subborg li jinstab xi 60 kilometru 'l bogħod minn Pariġi. Ġeneralment, li tlissen biss l-isem ta' din il-belt huwa biżżejjed biex tipprovoka t-tikmix fuq moħħ il-borgiż franċiż u tevoka xbiegħat ta' karozzi jinħarqu u pitbulls u l-fantażmi/cliches kollha l-oħra tas-subborgja delinkwenti. Fil-mitoloġija urbana Pariġina, din il-belt, hija l-istandard-bearer tal-kriminalita' u d-dekadenza. Dan kollu grazzi għal gazzetti bħal Le Parisien u stazzjonijiet bħal M6 li xi ftit snin ilu għinu biex joħolqu psikożi ta' l-insigurta' fost il-Franċiżi, f'sensiela ta' episodji fuq il-gang wars bejn dawk ta' Val Fourre' u dawk ta' Les Mureaux (iż-żewġ housing projects prinċipali ta' dan is-subborg). U mbagħad jistagħġbu kif xi bidwi fit-toqba tas-sorm ta' l-Auvergne li qatt ma ra Għarbi jew immigrant f'ħajtu jivvota lil Le Pen...
U veru kont sorpriż meta wasalt fiċ-ċentru ta' din il-belt u rajt li kienet belt pjuttost sabiħa. Katidrali, bini sabiħ, toroq ħelwin u l-karatteristiċi kollha ta' belt provinċjali Franċiża. Ma kienx hemm taħżiż fuq il-ħitan, ma kienx hemm homeys, ma kienx hemm dustbins jinħarqu. Ovvjament nimmaġina li kont il-bogħod minn dawk l-inħawi li kienu tant stigmatizzati mill-media Franċiża. Insomma, bdejna ndoqqu. Dak in-nhar ma kontx qed indoqq il-kitarra, imma l-guongue fi grupp ta' maracatu. Konna qed indoqqu fit-toroq fiċ-ċentru ta' din il-belt. Issa, issoltu din il-mużika tqajjem lin-nies, kulħadd jintefa' jiżfen jew jitħarrek b'mod erratiku. Imma ġewwa Mantes-la-Jolie, le. L-indifferenza li ltqajna magħha kienet eżasperanti. In-nies, il-ftit nies li kien hemm, dehru passivi, blasé, apatetiċi, għajjenin u l-entużjażmu tagħhom kien daqs dak ta' lampshade. U m'hemm xejn agħar minn dan għall-mużiċist. Tibda tħossok inutli u kull nota li toħroġ mill-istrument taħbat ma' ħajt tal-konkos u tispiċċa mgħaffġa ma' l-art bħal frotta mħassra.
X'inhi l-problema ta' dawn in-nies? Jibżgħu joħorġu minħabba l-ispettru tal-insigurta' li jirrenja fuq din il-belt? Għala hekk kif toħroġ daqsxejn 'l barra minn Pariġi, l-affarijiet huma daqshekk differenti? Dawn huma kwalitajiet intrinsiċi ta' subborg?
2. Pontault Combault. Tinqara Ponto' Kombo'. Kull nhar ta' Tlieta mmur ngħallem fil-konservatorju ta' Pontault Combault. Nofs siegħa 'l hinn fl-Ilvant ta' Pariġi bl'RER E. Ġewwa Pontault Combault m'hemmx delinkwenza. M'hemmx gang fights. Subborg residenzjali. U biex nikkwota lili nnifsi minn blogg preċedenti, għax ma sibtx paragun aħjar, il-livell t'attivita' ġo dan is-subborg huwa komparabbli ma' dak tan-Nadur il-Ħadd wara nofs in-nhar f'Awissu. Dormitorju tal-petit bourgeois, popolazzjoni lobotomizzata fuq is-sufan quddiem it-televixin. Tal-ħobż hemm wieħed, wieħed tal-laħam, u cafe' wieħed fejn jintefgħu karattri barfly-types li ma tantx jispirawk biex ikollok konversazzjoni maghhom, b'ħarsa blank fuq wiċċhom, mitluqa fuq tazza birra fietla jew xi flipper jew xi gazzetta lokali fejn il-headlines ikunu jitrattaw fuq l-inawgurazzjoni ta' xi gymnasium. Kemm jien allerġiku għal dawn il-postijiet. Kemm jien allerġiku ghas-sedentariżmu, madunna...
3. F'episodju ieħor mill-ħajja tal-jazzist Rabti...Dak in-nhar li wasalt lura minn New York, daqs xahrejn ilu, b'jetlag jinten fuqi, u għajja kerha wara li kont mgħaffeġ matul 7 siegħat fuq ajruplan minn waħda ħoxna minn Illinois ma' ġenbi li ddecidiet li jien kelli npatti għall-miljun BigMacs li kielet matul ħajjitha u kelli nġarrab bilfors l-obesita' tagħha, u b'hekk spiċċajt ma rqadtx sekonda...dak in-nhar insomma kelli gig ġewwa villaġġ x'imkien lejn Beauvais mhux il-boghod hafna minn Pariġi. Villaġġ ta' xi 300 persuna li ma jikkwalifikax bħala subborg. Subborg ta' mkien. Mitluf fil-limbu tal-backwaters tat-tramuntana ta' Franza. Villaġġ pjuttost ħelu - fjuri, knejjes u x'naf jien.
Bqajt mbellaħ bl-ammont ta' alkoholiċi li kien hemm.
U kull persuna li kellimt kellha l-kondotta mtebbgħa.
Nies bored u morda minn defiċjenza qawwija ta' distrazzjonijiet.
Kulħadd kien qishu jaf 'l kulħadd. Kien hemm arja pjuttost sordid f'dan il-villaġġ mimli fjuri. Id-dekadenza li ħassejt kienet taqta' ħafna mad-dehra idillika ta' dan il-post. Hassejtni qisni go xi film ta' Larry Clark.
U għadni kif iddeċcidejt li togħla kemm togħla l-kera jien mhux ħa noħroġ 'l barra minn Pariġi. Nirrifjuta li nġarrab il-lobotomija tas-subborg.
Nippreferi ngħix Buġibba kważi kważi.
Mhux bin-nejk.
P.S. Ghalkemm hemm subborgi nteressanti fil-viċin ta' Pariġi. Eċċezzjonijiet. Bħal Montreuil, u Pre St.Gervais.

6 Comments:
Sbieh il-bloggati tieghek fuq il- banlieues. Ghandhom kelma helwa/kerha l-Francizi ghall-atmosfera li ddeskrivejt. "Glauque" - kwazi onomatopejika (bl - "au" twila eternita').
biss haga tajba centralizzat bhala pajjiz Franza. Hawnhekk ma tkunx taf fejn ser idoqqu t-talebani ta' l-avangwardja... mhux hawn u Anversa biss imma tlett-kwarti minn dawn il-gruppi jdoqqu f'postijiet vera strambi - li thokk rasek u tfittex fil-carte routière (bil-malti?) u tiskopri li xi villagg ta' 600 persuna (li minnhom 583 huma membri ta' l-istess familja) hdejn il-fruntiera olandiza.
hekk jigri meta jkollok zewg pajjizi f'pajjiz wiehed. insomma taht il-patrocinjat ta' Chirac u l-énarques tieghu qatt ma jista' jkun pajjiz dicentralizzat dak...
Ifimha, tajjeb jekk tkun tghix Parigi. Meta kont nghix Lyon (wahda mill-kapitali ta' l-andouillettes, btw) kont nghir hafna ghall-Parigini u nistaghgeb kif go belt kbira bhal Lyon hemm daqshekk inqas affarijiet...
Kien hemm zmien kont nghid l-istess dwar New York jien. Pero flok Bugibba kont nghid l-Imdina. U biex minghalija ma nitlaqx xtrajt il-flat fejn noqghod ukoll.
U issa qed nghix fil-kampanja (zgur mhux subborg!) fejn halla l-karkura x-xitan.
Fil-verita' xorta ghadni noqghod NY imma ma tantx inkun id-dar ghax issa qed nahdem Scarborough.
Ma kelliex aptit noqod naqra il-blogg ghalissa, han halik ghal wara, bhal dijabetku li izomm helwa fil-but ghal meta ikollu attakk.
Qed nikteb biex nghidlekk hasra tal-Olympics man. Immaginajtekk idoqq fil-ceremonju tal-ftuh. Ftit So What kien jinzel tal-ostja. Da da da da da da da dee dup. Darb'ohra man, darb'ohra.
Hallina digger....
Post a Comment
<< Home