Ġulepp mużikali
Jiġu ħinijiet meta jkolli għatx kbir għal mużika li għaxar snin ilu kont nikkwalifikha bħala 'corny'. Forsi qed nixjieh u widnejja qiegħda ssir iktar demokratika. Jew saret inqas tissaporti dawk is-siegħat ta' agressjoni sonika li kienet iġġarrab xi snin ilu taħt forma ta' solo ta' xi Albert Ayler. Indunajt dalgħodu, hekk kif dħalt fis-sit ta' Marisa Monte (li hija waħda mill-isbaħ vuċijiet fuq il-pjaneta, imma li għandha tendenzi, bħal ħafna brażiljani, li tkun inkonsistenti f'dik li hija 'taste'. "Fautes de gout", ipoġġuha b'mod ħelu l-Franċiżi. Li wara kollox hija ħaġa suġġettiva ħafna....). Insomma, il-biċċa ġulepp mużikali li tilqgħak fl-introduzzjoni tas-sit spiċċajt smajtha xi sitt darbiet. Il-vantaġġ tal-mużika brażiljana għalija hu, ovvjament, li ma nifhimx saħta portugiż, u naf li għandi ħafna inqas toleranza għall-kliem "corny" ta' kanzunetta milli għall-mużika. U l-portugiż Brażiljan jinstema' tant sabiħ.....Xi ħadd bħal Joao Bosco (kantant kompożitur kitarrist kbir brażiljan) ukoll għandu mumenti fil-karriera tiegħu meta tħoss li ċertu kanzunetti setgħu faċilment ikunu fdalijiet minn xi San Remo tas-snin tmenin.
Ikolli ngħid li jibqagħli ċertu livell ta' intoleranza lejn ħafna mill-ħsejjes tas-snin tmenin li bħala valur estetiku npoġġihom fuq l-istess pedestall tal-jeans 'moonwashed' u l-hairstyles abominevoli ta' dak iż-żmien ("ta' footballer ġermaniż", jirreferu għalihom hawnhekk). (Nistghu ninkludu wkoll il-ġlekk bil-'paddings' fl-ispallejn f'din il-kategorija).
Madankollu Joao Bosco u t-'taste' erratika tiegħu xorta jibqgħu jogħġbuni. U nisimgħu daqs kemm nisma' 'l Ornette Coleman u l-Led Zeppelin. Hehe.
Sbieħ wisq il-kuntrasti fil-ħajja.

12 Comments:
Aaaaargh how can you mention Brazilian music and not spare a thought for the Gilberto family ... you've just made me run back to my Verve collections :)
Joao Gilberto. U zgur. U Chico Buarque, u Gilberto Gil, u Elis Regina...Ghalkemm Joao Gilberto ma nissaportihx meta fl-album 'Amoroso' jkanta bl-Ingliz.
Stan Getz?
By the way, naf li Getz mhuwiex Braziljan. Pero' meta semmejt lil Joao Gilberto, awtomatikament ftakart f'The Girl from Ipanema, Desafinado...
Getz nieħdu dożi żgħar, għax mhux dejjem fan tal-ħoss tiegħu. Nippreferih fil-kwartett tieghu ma' Kenny Barron.
I like Getz only incidentally because of Gilberto. I love Joao Gilberto's music, Astrud Gilberto's voice (she sounds like she's speaking to you). On a more contemporary note, I also really like Bebel Gilberto and strangely, I really enjoy the remixes of her work.
I think you're right about enjoying the pieces more if you cannot understand what they are saying. I can get lost in the instruments and the voice blends in to become another instrument on equal footing with the others and sometimes even subsumed by the more powerful instruments.
Maybe you should have been warned that if you mention bossanova, I would automatically pipe up and hog the conversation. Stop me, someone :-)
Mela kun Malta das-sajf ghall-jazz festival. Ha jkun hemm Rosa Passos, li skond jien, hi l-ahjar esponenti tal-bossa nova llum. Rajtha Ottubru li ghadda Parigi u gennitni.
.......u fil-lista mhux ta' min jinsa 'l Vinicius de Moraes, Toquinho, Caetano Veloso, Antonio Carlos Jobim....
Bhalissa qed nisma' hafna muzika mir-regjun ta' Nordeste, stili bhal maracatu, coco, baiao, li ma tantx ghandhom x'jaqsmu mas-samba u l-bossa. Check out Renata Rosa...
Jobim. Grandissimo.
Xi darba ghad iqanqluni dawn l-esponenti.....pero ghal xi raguni jew ohra sa dan l-istadju f'hajti l-uniku haga li nhoss fil-konfront taghhom huwa rispett. Forsi huwa bidu jew forsi u manifest tal-injoranza tieghi.Ghadni nassocja wisq il-muzika Latina mal-gosti ntolleranti(u ristretti) femminili.
Ma nahsibx li hemm wisq cans li nkun Malta ghal Jazz Festival. Forsi xi hadd li se jkun hemm ikollu aptit jesperimenta bl-audio blogging? :)
Jekk trid nista' nibaghtlek xi mp3s ta' Rosa Passos...
Yes please... I'd love a taster although I was still going to buy something of hers, on the strength of your recommendation :) Now that's flattery.
Post a Comment
<< Home