Nuqqas ta' rqad
Bħalissa s-siegħa w nofs ta' filgħodu. Flixkun Coteaux de Languedoc jiżfen fl-arena tas-sensi tiegħi, u qed inħoss li dan ħa jkun lejl twil. Dawk l-iljieli twal, meta jidhirli li l-fridge tkun qed tagħmel ħoss iktar mis-soltu. Meta ċerta sensittivita' akuta taħkimni u ma tħallinix norqod għax l-iċken ħoss jibda jidwi b'mod persistenti f'widnejja. Meta l-inħir taċ-ċetaċeju jilħaqni, u jiġini l-aptit li nimprovizza bbq bil-kuntrabaxx tiegħu. Meta, kull ħsieb parassita jagħmel assedju fuq moħħi u ma nafx il-għala il-mistoqsijiet eżistenzjali kollha jibdew iħokku ma xulxin u ansjeta' kbira taħkimni....

0 Comments:
Post a Comment
<< Home