It-talibani tal-bebop
Nixtieq niddisoċja ruħi minn dawk li jien insejħilhom it-talibani/l-ayatollahs tal-jazz.
Fi kliem ieħor, il-puristi, li b'ġerarkija mużikali falza jpoġġu l-jazz fil-quċċata.
Dawk li jaħsbu li wara Charlie Parker jew Coltrane ma ġara xejn ta' sustanza.
Dawk li minħabba fihom, il-jazz spiċċa marġinalizzat u assoċjat ma' ċerta klassi elitista li teskludi kull "plebeju" mużikalment illiterat.
Dawk li minħabba fihom, kull darba li niftaħ ħalqi u nitkellem fuq il-jazz ma' xi ħadd iħossni qisni qed niddefendi xi ħaġa.
Dawk li jirrifjutaw kull influwenza esterna li tista' ttebba' il-pilastri tal-bebop.
Dawk li ma ndunawx li mużiċisti kbar bħal John Coltrane u Miles Davis li għinu biex il-jazz mexa 'l quddiem, kienu l-iktar nies li kellhom moħħhom miftuħ.
Dawk li minħabba fihom, il-jazz ħa r-riskju li jispiċċa sempliċiment artefatt jiġbor it-trab tan-nostalġija tas-snin erbgħin u ħamsin.
'Mn Alla hawn il-Bad Plus, jim black, brad mehldau, u ħafna oħra bħalhom li jfakkruna li fl-aħħar mill-aħħar il-jazz hija mużika li hija parti mill-istess għadira ta' kontemporanjita' li tinkludi kull mużika oħra tas-sekli għoxrin/wieħed u għoxrin, u hija ukoll mużika li hija miftuħa għal kull influwenza. Nieħu pjaċir meta gruppi bhal The Bad Plus jagħmlu 'covers' ta' l-Aphex Twin, Dave Douglas jagħmel umaġġ 'l Bjork f'The Infinite, Brad Mehldau idoqq Radiohead, b'lingwaġġ li jibqa' dejjem 'jazz' imma li mhuwiex imkaħħal fi klassiċiżmu nostalġiku.

8 Comments:
Darba session musician (speci ta' saqsa) l-Ornette Coleman x'jahbtu l-maledetti harmolodics - u hu rrispondih... "int doqq li nghidlek jien u jien indoqq xi jkolli aptit". puu!
dwar il-generazzjoni ta' improv gdida, ghalkemm irid ikollok naqra imaginazzjoni tajba biex issejhilha jazz, (hemm xena tajba f'Metz u l-Lorraine kollhu... http://www.dt-bs.com/) x'tahseb?
Jien injorant totali tal-jazz, minkejja li kull darba li ninzertah niehu gost.
Kitibietek ikkunslatni.
Hehe, il-misteru ta' l-imberkin 'harmolodics', li probabbli qas Ornette stess ma jaf x'inhuma. Ghalkemm xorta inhobbu nibqa.
Gybex, nammetti li ma smajtx bihom dawk l-Alsacjani. Il-problema hawnhekk gewwa Franza hi li tant huwa centralizzat dan l-ustja pajjiz li sakemm xi hadd ma jigix idoqq Parigi, qishu qatt ma ezista. Imma milli jidher minn fuq is-sit, qishom it-tip ta' l-Instants Chavires (club hawnhekk Montreuil hdejn Parigi, tempju tal-'musique improvisee').
Hasra li s-scene tal-'musique improvisee'' fi Franza hija mimlija talibani wkoll. Talibani tal-modernizmu-avantgardizmu-cerebralizmu bla kompromessi bla hniena.
Dik il-problema fix-xena tal-jazz Ewropea, li ghandek wisq talibani tal-bebop, u wisq talibani tal-avantgardizmu.
U bejniethom qishu m'hemm xejn.
Jien ghandi tendenza li nhobb affarijiet li fihom ikun hemm ekwilibriju delikat bejn tradizzjoni u affarijiet godda.
it-talibani mhux kullimkien qeghdin? fil-muzika klassika hemm ruxmata minnhom ukoll.
U z-zgur. Imma fil-jazz xi haga ta' l-ghageb.
vera, taf li meta "skoprejt" il-jazz (jigifieri li bdejt nisma' l-muzika jazz b'qalbi u mhux b'mohhi... mhux nipprova nifhem izda nhoss) sibt li kelli kwazi niskuza ruhi ma' bosta nies li staqsewni x'jien nisma' bhalissa... hehe
Talibani tassew. Izda ghandek izzomm f'mohhok ukoll illi kemm Davis kif ukoll Coltrane kellhom jiffaccjaw generazzjonijiet differenti ta' fundamentalisti u Talibani huma stess. Meta MD hareg bl-ideja brillanti illi jdoqq il-concierto de Aranjuez ta' Rodrigo bil-kurunetta (flimkien mal-Gil Evans orchestra), kien hemm min sahansitra heddu bil-mewt (ayatollahs tal-Jazz 'pur' kif ukoll tal-muzika klassika!!!). Lil Coltrane, b'A Love Supreme, kienet saritlu l-istess kritika harxa u ingusta minn bosta bnadi. Biex ma nsemmux il-perjodu tal-Bitches Brew ta' MD! Il-haga hi din... li wara MD u JC (le, mhux Giezu Kristu!), ftit li xejn infethu toroq godda f'dik li hi muzika Jazz. Hadd, minn dak iz-zmien l-hawn, kien stilistikament trasgressiv u nnovattiv daqshom. Ma jfissirx illi huma biss ghandhom jibghu jkunu rikonoxxuti! Barra minn fuqna!!! Hemm bosta u bosta muzicisti inkredibbilment kapaci li wrew bic-car fejn huma kapaci jwasslu l-muzika taghhom (Herbie Hancock, Keithe Jarrett, Stan Getz, Tom Jobim, l-ahwa Brecker, Chick, Petrucciani, Joe Pass, Elvin Jones, Jaco Pastorius... il-lista ma tispicca qatt!). Mandankollu hadd ma jista jinnega l-kontribut ENORMI ta' Davis u Coltrane. Izda naqbel mieghek ukoll mija fil-mija li l-fundamentalisti, jigu mnejn jigu, huma nies stupidi, b'mohh maghluq li qed imorru kontra dak kollu li suppost tirraprezenta l-muzika Jazz: krejattivita' hielsa minn kull xkiel. Insomma... opinjoni tieghi dik. Imma kienet ideja tajba li qajjimtu l-punt. Prosit tal-programm u sellili.
Ifimha. Ma naqbilx li wara Miles Davis u John Coltrane ma nfethux toroq godda fil-jazz. Nahseb li s-snin 90, wara skoss stagnar u l-'bad taste' li bezqulna s-snin 80, kienu ta' gid ghall-jazz. B'nies bhal Dave Douglas, Don Byron, il-gruppi ta' Paul Motian, John Zorn u l-klikka tieghu, Uri Caine , The Bad Plus, Jim Black u x-xena 'downtown' ta' New York li ila hemm daqsxejn. Dawn il-muzicisti irnexxielhom jemancipaw il-jazz minn 'revisionism' sfrenat, ta' li l-jazz sfortunatament huwa vittma facli. U qabilhom, terga', kien hemm Ornette, Carla Bley, Art Ensemble of Chicago.....Nahseb li t-talibani imma xorta dejjem jibqghu.
Jien dejjem nghid li t-tradizzjoni qatt ma trid tinjuraha imma tirrispettaha, il-cliches qatt m'ghandek tevithom imma tiffacjahom, u l-inovazzjoni m'ghandix tkun prijorita'. Bilanc bejn dawn it-tlieta b'xi mod dejjem iwassal ghal xi haga tajba.
Post a Comment
<< Home