Il-Brażil, is-sajf u l-ħxuna
1. Dalgħodu d-denfil baħħar 'l hinn. Iċ-ċetaċeju u l-kuntrabaxx tiegħu temmew l-ewwel kapitlu fl-avventura urbana tal- mużikant (biex nuża kelma favorita mill-lessiku ta' l-entertainment scene Maltija) Malti eks-patrijat. Nispera li das-sajf xtutna jgawdu mill-għanja ħelwa ta' l-isturment (ġawhra oħra mil-kalepin tal-vokabularju mużikali melitensis) mdaqqas taċ-ċetaċeju. Jien fadalli 3 ġimgħat oħra hawnhekk nitħabat mat-temp umduż skifuż skiżofreniku pariġin. (Iddeċidejt li s-sħana m'hijiex kompatibbli ma' din il-belt). Fadalli xi gig 'l hawn u 'l hinn, xi majjalata mal-ħbieb (bħala preludju għall-mitt bbq li qed jistennewni das-sajf fuq il-blata) u proġett ta' grupp ġdid li ħa jkun sequel taż-Zerafa-Georgelet 4tet (li kellu karriera erratika mmens, li qisha ntemmet b'mod metaforiku l-ġimgħa l-oħra waqt il-Jazz Festival ta' Orleans fejn konna qed indoqqu, meta buffura riħ u maltempata mill-eħrex svujtjat post wara għoxrin minuta daqq...waqt solo mill-ifjen ta' trumbun slajs (Maltese musicians' popular argot for slide trombone...kbira din...).
2. Is-sur Vella Gera għandu raġun. Hemm bżonn dieta. Is-sibt li għadda qabel gig mal-batucada (għal min ma jafx batucada hija grupp ta' perkussjoni brażiljana, u għal min ma jafx, is-sur Zerafa huwa wkoll perkussjonist part-time, u t-tisbit fuq xi alfaia, xi agogo jew xi pandeiro apparti milli huwa terapewtiku għalih, huwa wkoll l-unika attivita' fiżika li s-sur Z jagħmel barra li jitbaxxa biex joħroġ il-kitarra minn taħt is-sodda jew iqatta' xi tewma) kont fi dressing room ma' erba' capoeiristas brażiljani li xi drabi jaħdmu magħna, u nsomma meta dawn neħħew it-t shirts, ħassejtni wisq intimidat mill-muskoli ta' dawn l-atleti u stennejt daqxejn li jitilqu 'l hemm qabel ma nneħħi t-t shirt tiegħi. U nikxef dik il-massa amorfuża ta' adipose bla proporzjon ta' xejn. Kull darba li joqrob is-sajf dejjem infassal strateġiji ta' dieti bla bidu u bla suċċess. Naf li din id-darba l-istess ħaġa ħa tiġri. Is-soluzzjoni probabbli tinsab fil-ħwejjeġ - xi qmis skura XXL li tgħatti ż-żaqq b'mod diskret....
3. Jannar li ġej sejjer il-Brażil. Żgur. L-ghażla kienet bejn xi ftit xhur New York ngħix ħajja austere (i suffer for my art) ta' mużiċist mejjet bil-ġuħ, jew naħraq kull ma fadalli fil-kont u mmur il-Brażil. Ili żmien twil nhewden bil-madonna Brażil. U issa hemm bżonn immur. Nixtieq immur Salvador de Bahia, Olinda, Sao Paolo u dawn il-postijiet kollha li ili noħlom bihom. New York ha jkolla tistenna. Ghandi bżonn culture shock żgħir u naqta' daqsxejn mill-Ewropa...Mela għada għand il-Fnac nixtri xi CD-ROM Teach Yourself Portugese....

6 Comments:
bom dia
"l-isturment mdaqqas taċ-ċetaċeju"
klassika!
il-alla, niftakrek bil-lonely planet tal-brazil tmien snin ilu... ilek daqshekk zmien tippjana dal-vjagg??!!!
Kemm int kattiv. Minhabba fik ghad kif gietni vizjoni tieghi ta' 70 sena, b'xi 20 Lonely Planet tal-Brazil fuq l-ixkaffa, inkun nitkellem perfettament il-portugiz, u nkun ghadni qatt ma mort.....
sahhiet mic-cetaceju u l-isturment imdaqqas tieghu.
inkonfermata sandro. m'hawnx drummer tajjeb WIEHED fua il-blata.
gitarristi laqqas.
haffef ejja.
il-bahar, minn naha l-ohra, huwa divin.
narak.
crrk crrk
ic-cetaceju
Sandro, jogbuni hafna il-bloggs tieghek imma tista tiktibom bl-ingliz ghax nidejjaq noqod naqra bil-Malti?
Sur/Sinjura anonimu/a, niehu pjacir li l-bloggati tieghi joghgbuk. Imma kif ghidt fl-ewwel blogg tieghi, il-blogg ghalija huwa mod kif nista' nirrikoncilja lili nnifsi mall-lingwa Maltija. Ayatollah tal-lingwa Maltija m'iniex. M'iniex ha naghmel sforz biex nevita l-ippastardjar tal-Malti. Imma ninstab il-boghod mill-blata, u ifhimni, tahlita ta' daqsxejn nostalgija u tiftix ta' xi speci ta' identita' kulturali, u bloggata bil-lingwa maltija tinzilli ghasel....
Post a Comment
<< Home