Sunday, May 29, 2005

Picnic

Ftit ilu għamilt xirja DVDs. Għal dawk l-iljieli meta l-apatija ssammarni mas-siġġu li għandi quddiem it-televixin. (Le, b'xorti ħażina l-mużiċisti ma jaħdmux kuljum).
U billi, kemm jista' jkun, nevita kull forma ta' lobotomija awdjoviżwali, u nirrifjuta li nara t-televixin franċiż u l-ġawhar kollha li jista' joffri ir-'real tv', għamilt ħsieb li nibni librerija ċkejkna ta' films.
U wieħed minn dawk li xtrajt kien il-KBIR 'Mean Streets' ta' Scorsese.
B'DeNiro kif inħobbuh, meta kien għadu sura, u Keitel fl-aqwa tiegħu.
Wara li rajtu bdejt naħseb fuq kif in-New York kif ipinġiha Scorsese u kif ipinġuha filmmakers oħra, kemm ghinet biex ħolqot ċertu mitoloġija f'moħħi ta' din il-belt, li forsi ma tantx għandha x'taqsam mar-realta'.
L-istess kif ir-ritratti ta' Robert Doisneau u films bħal Amelie Poulain għinu biex tinħoloq ċertu xbiegħa ta' Pariġi.
Li jiddispjaċini li ngħidilkom li, LE, l-affarijiet m'humiex hekk, u ghal dawk li jbatu b'nostalġija, ma jiġux 'l hawn. Joqogħdu d-dar jisimgħu Edith Piaf u jaraw Amelie Poulain u jgerrmu l-Camembert u jlegilgu l-Beaujolais...niċċajta niċċajta....

Imma..imma...hemm mumenti fil-ħajja meta din ir-realta' tal-karti postali, dawn is-simulakri, din in-nostalġija tan-nostalġija, jsiru ta' veru, ġo realta' kważi tanġibli.
Il-bieraħ, wara prova, għall-ħabta ta' nżul ix-xemx, kont ma' xi ħbieb, u morna niltaqgħu ma' ħbieb oħra li kienu qegħdin jimprovizzaw picnic ġewwa Champ de Mars, jiġifieri taħt l-Eiffel Tower. U morna bil-karozza ta' sieħbi.
F'dan iż-żmien tas-sena, id-dawl ta' nżul ix-xemx veru jirrifletti b'mod sabiħ fuq il-bini Pariġin.
Ma nafx x'kien, forsi l-mod kif l-Eiffel Tower kien qed jittawwalli b'mod imponenti, il-fatt li kont ili ma narah daqshekk mill-qrib, it-tbissima ta' elf koppja kuntenta taħt sema sajfi, jew it-tliet caipirinha li kont xrobt kwart'ilu, imma dak il-mument ħassejtni VERU qed ngħix Pariġi. Pariġi kif kont ħlomtha fil-ġimgħa qabel ma ġejt hawn l-ewwel darba. Il-Pariġi tax-xbiegħat minn Truffaut, Cartier Bresson, li dak il-ħin iltaqgħu kollha fir-roundabout tas-sensi tiegħi. Mument żgħir ta' ewforija. Luċidita' qawwija.

Hekk kif imxejna lejn Champ de Mars u lmaħna baħar ta' picnics, djembes, kitarri u baguettes, kor fuq ix-xellug tiegħi "knock knock knockin' on heaven's door...." dlonk kissirli u ġabli rmied dak il-mument ta' 'hyper-reality'? x'naqbad ngħidilha?

Insomma llum il-Ħadd. Ġimgħa xogħol quddiemi. Viva d-dvds. Għadni kif rajt The man with the Golden Arm ta' Otto Preminger. Forsi nerġa nara Take the Money and Run ta' Woody Allen. Jew immur indoqq il-kitarra. Naħseb aħjar hekk.

6 Comments:

Anonymous Anonymous said...

Iva Sandro, naħseb aħjar hekk. Hallina miz-zobb ta DVDs.

9:04 PM  
Blogger alex said...

iddoqq xejn... hawn bizzejjed kitarristi

4:17 PM  
Blogger Sandro Zerafa said...

Erezija jien ta' l-ideja li naghmlu duo jien u int u nersqu ghall-jurovixin. Xi tahseb. Nistghu nistiednu 'l John Zorn jew Thurston Moore biex jiehu solo.....

1:15 AM  
Blogger alex said...

ghaliex le.... alavolja se nhossni kemm xejn inferjuri ghall-membri l-ohra tal-band...

john zorn se jdoqq malta fil-jazz festival? smajt sew?

8:41 AM  
Blogger Sandro Zerafa said...

ija gej mal-acoustic masada, ma' dave douglas. kbar.

9:36 AM  
Blogger alex said...

mela se nixtri biljett ghall-ewwel darba f'ghaxar snin!!

9:14 AM  

Post a Comment

<< Home