New York
Qatt m'għandek tafda l-oġġettivita' tat-turist.
Ta' spiss it-turist jara kollox sabiħ.
"Ta' barra mod ieħor. Hawnhekk ghaks." ihobb jghid il-Malti.
U ftit ilu kont New York.
New York, u l-mitoloġiji kollha li ġġorr magħha din il-belt, wara adoloxxenza mimlija Scorseses, De Palmas, Paul Austers u Andy Warhols.
B'dan il-kliem nixtieq nistedinkom biex ma temmnux dak kollox li ħa ngħid hawn taħt.
L-isbaħ/l-aħjar għaxar affarijiet fi New York:
1. Alphabet City. Avenues A,B,C fl-East Village. Għalkemm dawn l-inħawi qeghdin jiġu nfettati mill-BoBos (Bourgeois Bohemes bil-Franċiż) u suġġetti ghal 'gentrification' intensa li qed taħkem ukoll postijiet bħal Harlem, għad fadal daqxejn ħmieġ urban u 'edge' Njujorkiża. Hemmhekk insibu THE STONE (Avenue C, 2nd Street) ex-restaurant ċiniż li gie mibdul ġo speċi ta' loft-ċentru ta' mużika 'downtown', esperimentali, mingħajr pretensjoni - John Zorn huwa l-mexxej spiritwali. TONIC jinsab ftit il-boghod, Delancey Street (hemmhekk inxaqilbu Lower East Side).
2. Squirells ġo Central Park. Hemm ĦAFNA u veru ħelwin.
3. 55bar Christopher Street, Greenwich Village. Bar ħelu fejn tista' tixrob litri ta' Brooklyn lager u tisma' mużika tajba.
4. Brooklyn lager.
5. Il-Chrysler building, jidher minn kullimkien, jidher sabiħ minn kullimkien.
6. Belmont, jew Little Italy in the Bronx, fil-Bronx. Parmiġġan, clams, prosciutto, iktar pwerto-rikani milli Taljani, u xi restaurants fejn ir-ruħ romantika nostalġika ta' ċinefila tista' toħlom xeni minn films dwar il-Mafia.
7. Harlem u d-djar li hemm fuq Malcolm X Boulevard (ex-Lenox Ave.)
8. Il-MoMa. Ghalkemm il-ħabib tieghi franċiż anti-kapitalist anti-mondjalist xellugi b'intensita' kwazi irritanti, pprova jikkonvinċini biex ma mmurx, billi jitfagħli mewġa argumenti kontra l-mod kif il-Muzew ta' l-Arti Moderna huwa 'rip-off' ghax 20 dollar u l-mużewijiet fl-Ewropa issa kollha qed jogħlew minħabba fih, u kif il-Muzew huwa organizzat madwar 2 caffeterias, jiena xorta mort. U ħadt pjaċir.
9. Brooklyn ma tantx żorniha sew. Ma morniex 'l hemm minn Brooklyn Heights u Park Slope. Biss bqajt b'toghma qarsa wara Tex-Mex vjolenti li probabbli ghamilli hsara permanenti fill-fwied. Ammonti kbar ta' żejt tant li meta tispicca tiekol tkun trid tmur tinhasel. Ta' min isemmi l-Brooklyn Museum ukoll fejn kien hemm exhibition veru tajba ta' Basquiat.
10. 'Stand clear of the closing doors please' - dik il-vuċi tal-bellus li tisma' fl-undergorund njujorkiż.
Il-ġimgħa d-dieħla ħa nkun Seoul. Sejjer indoqq mal-Youn Sun Nah 5.
Il-pjanist li jdoqq maghhom issoltu ma jistghax.
Ma ngergirx.
Milli jidher jieklu l-klieb hemm.
Narakom.

3 Comments:
Zorm ma kienx xi direttur tat-Tonic ghal xi zmien ukoll? Kullimkien issibu 'l dak!
Zorn mhux Zorm ridt nghid... kont qed nahseb f'xi haga ohra :p
Ma nafx jekk kienx direttur tat-Tonic imma z-Zorn assoccjat hafna mat-Tonic. Ftit ilu rajt video ta' Masada migbud it-tonic, veru tajjeb....
Post a Comment
<< Home