Thursday, May 26, 2005

Jetlag

Bil-mod il-mod qed niġi f'tiegħi wara jetlag vjolenti li kien ta' sabutaġġ fuq ir-ritmi bijoloġiċi ta' ġismi. U issa qed jiġuni xbiegħat tal-Korea li sa jumejn ilu kienu mitlufin f'daħna ta' għajja, nuqqas ta' rqad u ammonti ġenerużi ta' Sojo (ix-xarba nazzjonali Koreana). Is-Sojo, li għandu l-partikularita' li jekk tixrob ħafna minnu, l-għada jkollok ħofor mdaqqsa fil-memorja tiegħek. Huwa prattiku biex tinsa ċ-ċuċati li tkun għidt u għamilt il-lejla ta' qabel. Belt stramba u sabiħa, Seoul. Urbaniżmu stramb, fis-sens li ma taqbadx art fejn hu l-bidu, t-tmiem u ċ-ċentru tal-belt. Taħlita ta' oċċidentaliżmu sfrenat, tradizzjoni, ħafna neon, ħafna nies, ħafna neon, ħafna nies. U meta ssir taf li ftit kilometri 'l bogħod fil-Korea ta' Fuq, hemm miġnun perikuluż, b'livell ta' ġenn kważi surrejali, ma tantx tħossok komdu.
Imma ghall-grazzja t'Alla hemm il-GIs amerikani jieħdu ħsiebna. Hehe. Li ma tantx huma maħbubin mill-Koreani mill jidher. U li tispjega l-fatt għala f'ċertu nightclubs ma ħallewnix nidħol. "Korean membership only". Staqsejt lili nnifsi, possibli dawn in-nies tant twajba għandhom tendenzi razzisti? Jew qed tbeżżagħhom id-daqna tiegħi? Imma milli jidher veru jqażżu l-ustja dawn il-GIs. Il-barracks tagħhom jinstabu fil-parti storika ta' Seoul u milli jidher għamlu erba' ċuċati li ma tantx jistghu jiftaħru bihom.

Imma jien nistaqsikom: jien għandi wiċċ ta' GI Amerikan?

3 Comments:

Blogger Toni Sant said...

Int għandek wiċċ ta' GI imqaxxar!

3:33 PM  
Anonymous Anonymous said...

ghandek wicc ta GI li qabzitlu u qaleb in-naha l-ohra :p

12:21 PM  
Anonymous Anonymous said...

ghandek wiccek tost, zgur alla

4:46 PM  

Post a Comment

<< Home